News‎ > ‎1997‎ > ‎

19970603_Possibbiltijiet tajbin ghall-Judokas Maltin

    Il- possibilta' li Malta terga' tirbah il-midalji li rebhet fil-Judo imma ta' valur ahjar huma tajbin u c-cansijiet huma li Malta tista' anki tirbah sa erba' midalji tad-deheb f' dan l-isport.
  Dan qalu Chris Busuttil l-ufficjal li qed jakkumpanja lit-team ta; tmien judokas Maltin li jinsabu f' Reykjavik. Hu qal li Silvano Cristauro (78 kgs), Jackie Xuereb (52 kgs), Philip Camilleri (65 kgs) u Kamila Peter (60 kgs) huma prospetti tajbin. Busuttil qal li Camilleri ghamel progress enormi u dan l-ahhar waqt il-Kampjonati Ewropej li huma livell ghola minn dan il-Loghob mar tajjeb. 
    Hu qal li Jason Trevisan u Laurie Pace jistghu jiltaqghu fil-finali kontra l-istess judokas li fl-ahhar zewg edizzjonijiet laghbu kontrihom u tilfu. John Zammit li hu l-iktar judoka veteran kellu problema ta' pizizda sal-jum tal-Loghob mistenni jkun tajjeb, waqt li Alexia Mallia li ghad ghandha 15-il sena hi judoka premettenti b'futur sabih. Il-kompetizzjoni tal-Judo se ssir ghada.
https://www.facebook.com/photo.php?fbid=10152442142121952&set=a.10152437640051952.1073741848.272828476951&type=3&theater


Comments